Il-Pulizija qed jinvestigaw ġlieda li feqqgħet illum abbord wieħed mill-bastimenti tal-Gozo Channel, li kien skedat li jitlaq miċ-Ċirkewwa.
Il-każ jidher li seħħ ftit wara l-4:30pm, u kien jinvolvi numru ta’ passiġġieri.
Ħadd minn naħa tal-Pulizija ma provda dettalji dwar dak li seħħ. Iżda l-każ ħoloq dewmien fl-iskeda tal-Gozo Channel, tant li kienu rappurtati kjuwijiet ta’ karozzi li damu aktar mis-soltu biex jitilqgħu fuq vapur.
S’issa għadha mhix ċara d-dinamika tal-każ.
//= $special ?>