Lokali

Abela jkompli jxerred in-negattività u l-gideb fuq il-ħidma ta’ Alex Borg

Ritratt: Matthew Tabone

Tidwir tal-fatti, bżar fl-għajnejn u ssoltu negattivita minn naħa ta’ Robert Abela – Konferma kemm il-Partit Laburista fil-Gvern jinsab mifni jigdeb b’paniku sħiħ, b’riżultat li qed ikompli jinqata’  mir-realtajiet tal-poplu.

Dan hekk kif fl-attività tal-Partit Laburista f’Birkirkara Robert Abela  infex jitfa’ l-bżar fl-għajnejn u jattakka il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg b’gideb u negattivita.

Liema attentat iddisprat mill-Partit Laburista, wasal sabiex sabiex jiġbor jieħu mal-eluf ta’ Maltin u Għawdxin li dejjem iktar qed iħossu li hemm bżonn direzzjoni ġdida għal pajjiżna – anke minħabba sfidi inkwetanti li għaddejjin minnhom u kif il-PN mmexxi min Alex Borg qed iressaq ideat b’saħħithom fuq nett tal-aġenda tal-pajjiż.

Intant Robert Abela kompla mal-gidba li xerred fil-bidu ta’ din il-ġimgħa rigward iż-żjara li għamel Alex Borg fi Brussell, bil-Prim Ministru ta’ pajjiżna spiċċa jgħid li Alex Borg mar Brussel sabiex jagħmel il-ħsara lill-pajjiżna.

Intant liema gidba minn Abela turi l-istat iddisprat li jinsab fih, bil-Prim Ministru minflok jiffuka fuq ħidma konkreta u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet varji mressqa mill-Unjoni Ewropea fejn tidħol is-Saltna tad-dritt f’pajjiżna, U jiskuża ruħu għall-akbar skandli politiċi fl-istorja, surrealment qed jiprova jitfa’ l-ħtija li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fejn tidħol ir-rule of law hi waħda mtappnuha, fuq il-Kap tal-PN Alex Borg.

Intant, mistoqsi minn Massimo Axisa fuq jekk il-Labour Migration Policy hux qed tħalli frott, Robert Abela qal li qed tħalli r-riżultati mixtieqa.  Anke jekk il-Poplu Malti u Għawdxi qed juri li jinsab preokkupat dwar is-sitwazzjoni tal-overpopulation fil-pajjiż.

Apparti hekk Abela ħarab milli jirripondi dwar kemm fil-verità naqsu l-ħaddiema barrain minn pajjiżi terzi u  spiċċa faħħar il-mod kif il-popolazzjoni ta’ Malta żdiedet, fi kliem Abela stess, “bl-addoċċ”  u  minajr pjan.

Turija ċara kif il-Partit Laburista ma kellux idea kif jikkrea setturi ekonomiċi ġodda li jħallu iktar valur miżjud minajr ma naksu lil pajjiżna bi problemi infrasstruttuali u soċjali minħabba żieda bl-addoċċ ta’ barranin minn pajjiżi terzi.

U filfatt anke il-Prim Ministru saba bi tqila jsemmi is-setturi ġodda li ħoloq il-labour, tant li spiċċa kostrett jammetti li filfatt kien Gvern Nazzjonalista li fjorixxa bosta setturi ekonomiċi li għadhom iħallu l-frott.

Attività li fiha reġa spikka mill-ġdid il-mod negattiv li Robert Abela qed jikompli jmexxi l-aġenda ta’ gideb fil-konfront ta’ Alex Borg, minflok jindirizza r-realtajiet u l-isfidi tal-ħaddiema, negozji, anzjani u taż-żgħażagħ.