Futbol Sport

Como jegħlbu lil Juventus b’prestazzjoni tajba ħafna, Milan b’rebħa fuq Fiorentina

(Ritratt: EPA)

Como kienu l-aqwa tim fl-ewwel konfront tal-ġurnata fis-Serie A meta għelbu lil Juventus 2-0. Din hija s-sitt partita mingħajr rebħa għal Juventus.

Bologna għelbu lil Cagliari 2-0, bil-gowls jaslu minn Emil Holm u Ricardo Orsolini.
Intant, iż-żewġ partiti l-oħra ta’ wara nofsinhar it-tnejn intemmu bl-istess skor ta’ 0-0. Parma u Genoa, kif ukoll Atalanta u Lazio ma rnexxielhomx isibu x-xibka u jieħdu t-tlett punti.

L-ewwel taqsima ineżistenti għal Milan u Fiorentina hekk kif tista’ tgħid il-partita ġiet deċiza kollha fit-tieni taqsima, bil-partita tintemm 2-1 favur ir-Rossoneri li jitlgħu f’ras il-klassifika wara 7 logħbiet.

La Viola marru fil-vantaġġ permezz ta’ Robin Gosens fis-56 minuta, segwit minn Rafael Leao fit-63 minuta, qabel l-istess Leao kkonverta l-penalty tiegħu lejn it-tmiem tal-partita biex ta t-tlett punti lil Milan f’din il-partita kruċjali għar-Rossoneri.