Il-kantanta Eliza Borg se tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.
Dan wara li rebħet it-tieni staġun ta’ The Voice Kids Malta.
Issa, Eliza se tipparteiċpa fil-finali ta’ Tbilisi, fejn fit-13 ta’ Diċembru tirrappreżenta lil Malta.
Is-sena l-oħra Malta ħadet sehem fil-Junior Eurovision Song Contest permezz ta’ Ramires Sciberras bil-kanzunetta ‘Stilla Ċkejkna’, fejn hu klassifika fil-ħames post.
Pajjiżna ospita dan il-festival darbtejn fl-2014 u fl-2016.
U Malta ħadet sehem l-ewwel darba fil-Junior Eurovision Song Contest fl-2003.
Malta rebħet dan il-festival darbtejn.
Fl-2013 il-kantanta Gaia rebħet bil-kanzunetta The Start.
U fl-2015, il-kantanta Destiny kienet rebħet b’Not My Soul.
//= $special ?>