Internazzjonali

Franza: Tinsteraq ġojjelerija storika mill-mużew tal-Louvre f’Pariġi

Il-mużew tal-Louvre li huwa ferm popolari ma’ miljuni ta’ persuni madwar id-dinja jinsab magħluq dan hekk kif il-Ministru tal-Kultura fi Franza żvelat li seħħet serqa fejn insterqet ġojjelerija storika.

Rapporti internazzjonali qalu li l-ħallelin daħlu fil-mużew permezz ta’ lift temporanju hekk kif għaddejjin xi xogħolijiet fil-mużew. Spjegaw ukoll li kissru tieqa biex imbagħad serqu disa’ biċċiet ta’ ġojjelerija imprezzabbli mill-kollezzjoni ta’ Napuljun u l-imperatriċi.

Intant, bħalissa fil-post hemm il-Pulizija bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.