Iċ-champions Falcons komplew fejn ħallew l-istaġun li għadda meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera rebħu s-Super Cup. Dan wara li fil-finali għilbu lit-team neo promoss ta’ Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-1. Din is-sena Falcons huma mmexxija mit-Taljan Goffredo Gauzzoni. Min naħħa l-oħra Paola spiċċaw jieħdu sehem f’din il-finali wara li fl-istaġun li għadda temmew finalisti tal-kompetizzjoni tat-Tazza Nazzjonali. Falcons fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set bl-iskor ta’ 25 għal 16 u t-tieni set 25 għal 20.
Madankollu Paola ta Michael Magro wettqu reazzjoni u rebħu t-tielet set 25 għal 23 iżda tilfu r-raba’ u l-aħħar wieħed 25 għal 19. Fi tmiem din il-finali, Branko Vlahovic, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball ippreżenta t-trofew lill-players u staff tekniku ta’ Falcons. Min naħħa l-oħra għal Paola Executive Security din il-partita żgur li serviet biex iqabblu l-livell tagħhom ma’ dak taċ-champions preżenti.
Super Cup
Falcons vs Paola Executive Security 3-1 (25-16, 25-20, 23-25, 25-19)
L-Ewwel Diviżjoni
Depiro vs Birkirkara Reds 3-0 (25-14, 25-14, 27-25)
Under 19
Birkirkara Vixens vs Flyers 1-3 (23-25, 16-25, 25-21, 20-25)
Phoenix vs Depiro (abbandunata f’nofs it-tielet set minħabba ilma tax-xita li qattar fuq il-court tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera)
Under 17
Birkirkara vs Flyers 2-3 (18-25, 20-25, 26-24, 25-23, 14-16)
Paola Maypole vs Depiro 0-3 (26-28, 19-25, 16-25)
//= $special ?>