Lokali Unjoni Ewropea

In-nominat ta’ Malta għal Imħallef  fil-Qorti Ewropea ġie miċhud mill-ġdid

In-nomina ta’ Malta għal Imħallef  fil-Qorti Ewropea ġie miċhud mill-ġdid mill-pannel tal-Unjoni Ewropea, hekk kif il-midja qed tirraporta din id-deċiżjoni li ttieħdet mill-board tal-esperti.

David Ciliberti, avukat li jaħdem fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, kien it-tielet nominat Malti li ġie miċħud għar-responsabbiltà fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-deċiżjoni waslet wara li L-ex l-Ministru  Edward Zammit Lewis kien l-ewwel għażla tal-gvern Malti, segwit mill-avukat Veronique Dalli. Biż-żewġ għażliet tal-Gvern jiġu riġettati.

Intant Ciliberti tkellem mal-ġurnal Times of Malta u saħaq li qiegħed f’pożizzjoni li jista’ nikkonferma li l-pannell tal-esperti ma appoġġjax in-nominazzjoni tiegħu għall-Qorti Ewropea, għaliex kif spjega hu stess l-esperti sabu nuqqas ta’ teknika meħtieġa għal dan l-irwol.,

Intant in-nominazzjoni ta’ Edward Zammit Lewis, ġiet kritikata minħabba r-relazzjoni ta’ Zammit Lewis mal-alllegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, u finalment ġiet miċħuda f’Diċembru.

Veronique Dalli, oħt il-Ministru Miriam Dalli, kienet in-nominata li jmiss, imma rtirat in-nominazzjoni tagħha stess.

 Il-panel tal-UE jipprovdi rakkomandazzjoni fuq in-nominat, bid-deċiżjoni finali titieħed fil-Kunsill tal-Ministri tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE. Liema d-deċiżjoni trid tkun unanima.