“Irridu nkomplu nirbħu l-qlub tal-poplu Malti u Għawdxi għaliex wasal iż-żmien tal-bidla f’pajjiżna.”
Sostna dan is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello waqt id-diskors tiegħu fil-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Dan hu l-Mument.’
Charles Bonello qal li x-xhur li ġejjin se jkunu kruċjali għall-Partit Nazzjonalista, fejn l-attakki u l-gideb fuq il-Partit Nazzjonalista se jiżdied imma sostna li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jfassal politika fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
Huwa spjega li preżentament il-Partit Laburista jinsab f’paniku totali u hawnhekk fakkar li sa din il-ġimgħa stess il-Partit Laburista gideb fuq il-Partit Nazzjonalista wara li qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg mar fi Brussell biex jaħdem kontra Malta – aħbar li hija kompletament falza dan hekk kif Alex Borg mar fi Brussell u ntaqa ma’ numru ta’ Kummissarji Ewropej.
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista aċċenna li huwa l-Gvern ta’ Robert Abela li qed jaħdem kontra pajjiżna b’frodi li jlaħħqu l-miljuni ta’ ewro kif ukoll spalpaljar ta’ fondi pubbliċi.
Charles Bonello saħaq li pajjiżna għandu bżonn il-bidla – xi ħaġa li anke l-poplu Malti u Għawdxi qed iħoss. Huwa spjega li l-bidla hija meħtieġa sabiex pajjiżna jkun verament jista’ jimxi ‘il quddiem.
//= $special ?>