“Lil Neville Gafà ma tridux ma saqajk. U biex jiddefenduh, ta’ Kastilja qed jużaw argument fjakk u miskin.”
Hekk iddikjarat il-gazzetta ILLUM fl-editorjal tagħha, fejn spjegat li “dritt tal-espressjoni” ma jfissirx li taġixxi kif trid jew li taġixxi ta’ mażetta – dan b’referenza għall-azzjoni tiegħu li jkaxkar il-fjuri kollha li tpoġġew biex ifakkru l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Agħar minn hekk, Neville Gafà attakka wkoll lill-ambaxxaturi li poġġew il-fjuri; fejn qal li dawn għamlu dan il-ġest “favur is-saħħara”. Bl-uffiċċjal tal-Gvern jibqa’ juża dan it-tip ta’ lingwaġġ biex jinstiga mibgħeda.
L-editorjal tal-ILLUM jikkundanna il-kliem dispregjattiv li qed jikteb l-esponent tal-Labour Neville Gafa biex jattakka kemm il-memorja tal-gurnalista assassinata, kif ukoll lill-ambaxxaturi li din il-gimgha poggew fjuri bhala gest ta’ tislima.
Dan l-attakk ta’ Neville Gafa ikompli mal-istrategija ta’ attakki u negattività minn naha tal-klikka ta’ Robert Abela. Fil-fatt, kien Abela li pogga lil Gafa lura f’Kastilja biex jiehu hsieb l-ilmenti tan-nies.
L-editur jgħid li l-attitudni ta’ Neville Gafà hi stupitaġni. U jappella lill-Prim Ministru b’dan il-kliem: “Lil Neville Gafà ma tridux ma’ saqajk”. Filwaqt li jinsisti li Abela għandu jieħu azzjoni immedjata.
//= $special ?>