Futbol Sport

Manchester United jaħsdu lil Liverpool b’gowl lejn it-tmiem u jieħdu t-tlett punti

(Ritratt: EPA)

Ir-Red Devils kellhom partita pożittiva ħafna biex għelbu lir-rivali eterni Liverpool f’Anfield.

Manchester United skorjaw permezz ta’ Bryan Mbuemo wara biss żewġ minuti logħob mis-suġġeriment ta’ Amad Diallo.

Cody Gakpo jiskorja l-gowl tad-draw minn żball tad-difensur laterali ta’ Manchester United Patrick Dorgu, kien Federico Chiesa li pprovda l-assist.

Harry Maguire jiskorja daqqa ta’ ras fl-84 minuta minn korner ta’ Bruno Fernandes.

Intant, fil-partita preċedenti Tottenham Hotspur ma rnexxielhomx iżommu l-vantaġġ kontra Aston Villa f’darhom l-iskor finali jkun 2-1 favur il-Villians.

Rodrigo Bentacur jiftaħ l-iskor wara biss 5 minuti logħob minn assist ta’ midfield ieħor Joao Palhinha.

Morgan Rogers jiskorja l-gowl tad-draw fis-37 minuta, qabel Emiliano Buendia jiskorja l-gowl tar-rebħa fis-77 minuta.