Kienet serata ta’ suċċess għal Net Media, hekk kif fl-Awards tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin il-kumpanija rebħet żewġ unuri prestiġġjużi.
Fil-fatt, Net Media rebħet l-unur għall-aħjar użu tal-lingwa Maltija fix-xandir – liema premju intrebaħ mill-preżentatur James Aaron Ellul bil-programm ‘Profili’.

Il-kontributur tal-ġurnali “In-Nazzjon” u “il-mument” Noel D’Anastas rebaħ l-unur għall-aħjar użu tal-Malti miktub.

Dawn iż-żewġ unuri mirbuħa minn Net Media jikkonfermaw kemm il-kumpanija kompliet tavvanza fl-aħħar snin; l-aktar fis-servizz li jiġi offrut lill-qarrejja u l-udenzji li jsegwu Net Television u Net FM.
Fis-serata tal-IGM, l-akbar ammont ta’ unuri marru għat-Times of Malta. Bil-ġurnal jirbaħ 9 minn 20 award.
L-eks editur tal-istess ġurnal, Ray Bugeja, rebaħ il-Gold Award għall-kontribuzzjoni tiegħu fil-ġurnaliżmu matul ħajtu.
Intant, din is-serata kienet l-ewwel waħda organizzata mill-IĠM bħala l-union tal-ġurnalisti Maltin.
//= $special ?>