Mara ta’ 37 sena tinsab tinsab tissielet għal ħajjitha wara li s-Sibt filgħaxija seħħet ħabta bejn Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 50 sena minn Ħad-Dingli u Toyota Vitz misjuqa minn Albaniż ta’ 30 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 pm, fi Triq il-Missjunarji Maltin, il-Mosta.
Fl-istess karozza mar-raġel residenti Ħad-Dingli kien hemm mara ta’ 48 sena li wkoll hija minn Ħad-Dingli u tifla ta’ 14-il sena, filwaqt li fl-istess karozza mal-Albaniż kien hemm passiġiera wkoll, mara minn Bormla ta’ 37 sena.
Minnufih fuq il-post issejħu l-pulizija u ambulanzi li ħadu lill-persuni kollha l-isptar Mater Dei għal assistenza medika. Aktar tard irriżulta li l-mara ta’ 37 sena tinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-Albaniż u t-tfajla t’14-il sena ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi. It-tnejn l-oħra ġew iċċertifikat li weġġgħu ħafif.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia, ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjeta.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.
