Futbol Sport

Sliema Wanderers jitħabtu biex jegħlbu lil Luxol St.Andrews fil-Jubilee Cup

Is-Sibt komplew iżjed partiti mir-rawnd tal-aħħar 32 biex issa nafu min se jkunu t-timijiet li se jilagħabu kontra xulxin fl-aħħar sittax.

Tarxien Rainbows bagħtew biex jegħlbu lil Kerċem Ajax minn għawdex hekk kif it-tim mill-Malta Premier irnexxielu jiskorja permezz ta’ Octavio De Barros wara 31 minuta.

Ħasda kbira għal Sliema Wanderes wara li kaxkru rebħa kontra Luxol St.Andrews biex se jaffrontaw lil Birkirkara fir-rawnd tal-aħħar sittax. Il-Wanderers għelbu lil Luxol permezz tal-għoti tal-penalties, bl-iskor wara 90 minuta jkun 1-1, u l-iskor wara l-penalties ikun 3-1.

Luxol ħasdu lill-avversarji meta fetħu l-iskor wara 39 minuta permezz ta’ Jeff Jadyn Sowan. Sliema stennew sas-70 minuta biex illivelaw l-iskor permezz ta’ Sulahmana Mamadu Bah.

Steve Pisani, Edmond Agius, Jose Junior skorjaw il-penalties ta’ Sliema, filwaqt li Murilo falla għal Sliema.

Intant, Jeff Jadyn Sowah skorja l-penalty għal Luxol, u Michael Johnson, Elizeu u Liam Scicluna fallew tagħhom.

Tim ieħor mill-Malta Premier li bagħta biex javvanza għall-aħħar sittax kien Marsaxlokk, li temmew il-partita tagħhom bl-iskor ta’ 1-1 kontra Balzan mill-BOV Challenge League.

Gabriel jiskorja l-gowl għal Balzan wara 64 minuta, segwit minn Jorge Alton Soares li fid-90 minuta salva d-draw għax-Xlukkajr.

Leandro Aguirre kellu ċ-ċans li jrebbaħ il-partita għal Marsaxlokk fit-88 mintua bil-penalty tiegħu, pero d-difensur ma rnexxielux jikkonverti.

Il-penalties temmew favur għal Marsaxlokk, bl-iskor kbir ta’ 7-6.

Għal Marsaxlokk skorjaw il-goalkeeper Pablo Nino, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Jorge Soares, James Vella u fallew Juan Corbolan u għal darb’oħra Leandro Aguirre.

Intant, għal Balzan skorjaw Oluwatobiloba Awosanya, Luis Silva, Alexander Cini, Zachary Grech, Jake Grech, Gianluca Cacciatore u fallew Benjamin Hili, James Scicluna u Jake Engerer.

Mosta ma sabu l-ebda diffikultà jegħlbu lil Qala Saints fit-Tony Bezzina Stadium, bl-iskor finali jkun 2-0.

Joao Victor Da Silva Dias u Leonardo Da Silva kienu l-iskorers għal Mosta, bil-gowls jaslu fit-8 u fit-42 minuta.

Valletta jegħlbu lil Meltia 1-0 permezz tal-gowl tas-sostitut Yannnick Yankam fil-71 minuta.

Gżira United għelbu lil Fgura United 2-1, bil-Maroons jiskorjaw darba fl-ewwel taqsima u darba fit-tieni taqsima permezz ta’ Da Costa u Brookyln Borg, filwaqt li Fgura jnaqqsu l-iskor permezz ta’ Akande fit-73 minuta.

Fl-aħħar partita tal-ġurnata mill-Jubilee Cup, Żabbar St.Patricks għelbu lil Pieta’ Hotspur bl-iskor minimu ta’ 1-0, Pedro Santiago Cejas ikun l-awtur tal-gowl wara 27 minuta.