Lokali Parlament

36 minn 55 li nqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku kienu barranin

Mill-55 persuna li ġew imħarrka għax inqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku bejn Mejju 2025 u t-23 ta’ Settembru ta’ din is-sena, 19 kienu Maltin u kienu mil-lokalitajiet taż-Żebbuġ, Għawdex, Ħ’ Attard, Raħal Ġdid, San Ġiljan, ir-Rabat u San Pawl il-Baħar.

Dan jirriżulta minn mistoqsija parlamentari li wieġeb fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonlista Albert Buttigieg.

Dan ifisser li 36 li nqabdu jagħmlu użu mill-kannabis fil-pubbliku kienu barranin.