Lokali

Anzjan Għawdxi fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’għalqa

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tad-9am, il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet f’għalqa fi Triq l-Għadira, f’Ta’ Kerċem.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 73 sena residenti Kerċem stess, żelaq waqt li kien miexi f’għalqa bil-konsegwenza li waqa’ għoli ta’ madwar disa’ filati f’għalqa oħra.

Tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel li ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Brigitte Sultana kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin