Malta għandha l-ewwel campion tal-heavyweight fl-isport tal-boxing. Cleavin Falzon għeleb l-isfida ta’ Fouad Wakil, boxer ieħor Malti wara li nhar is-Sibt li għadda, fil-Padiljun ta’ Kordin dawn it-tnejn iġġieldu kontra xulxin għat-titlu tal-heavyweight f’Malta.
Din kienet l-ewwel darba fl-istorja tal-boxing lokali, hekk kif f’serata speċjali organizzata minn Prize Boxing Promotions, bl-appoġġ tal-Malta Boxing Association, din il-ġlieda kienet waħda minn total ta’ 12-il ġlieda oħra li saru fl-istess lejl, b’tlieta minn dawn kienu għar-rebħ ta’ titli professjonali.
Falzon hu boxer minn Bormla, u fuq il-midja soċjali kienu bosta l-għaqdiet Bormliżi li awguraw lill-boxer għar-rebħ tat-titlu tal-ewwel champion Malti tal-heavyweight.
Fost dawn kien hem mil-Kunsill Lokali ta’ Bormla u l-klabb tar-Regatta ta’ Bormla.
F’kummenti li Falzon ħalla fuq il-midja soċjali tiegħu wara r-rebħ ta’ dan it-titlu, hu irringrazzja lill-kowċ tiegħu, Jos Mark Bonello u lil numru ta’ persuni oħra li kienu kruċjali għaliħ biex kellu l-għajnuna u l-appoġġ għar-rebħ ta’ dan l-unur. Falzon sellem ukoll lill-avversarju tiegħu, Fouad Wakil.
//= $special ?>