Il-mużew famuż tal-Louvre f’Pariġi ġie misruq minn grupp ta’ ħallelin ta’ esprejenza li ffukaw fuq tmien ġojjelli Rjali. Is-serqa seħħet 30 minuta biss wara li l-mużew infetaħ għat-turisti.
Il-ħallelin libsu qishom ħaddiema tal-kostruzzjoni, u użaw lift mekkaniku biex jiksbu aċċess għal gallerija. Huma daħlu fil-mużew billi qattgħu l-ħġieġ, u heddew lill-uffiċjali tas-sigurtà.
Wara li evakwaw il-post, huma ħatfu l-ġojjelli minn żewġ vetrini tal-ħġieġ.
Il-ħallelin dehru b’maskri u kalmi ħafna waqt li bdew jaħtfu l-ġojjelli.
Issa, l-awtoritajiet qegħdin ifittxu erba’ suspettati permezz ta’ filmati tas-CCTV meħuda mit-triq.
Il-Ministru tal-Intern Laurent Nuñez qal li is-serq mil-Louvre kien pjuttost rapidu u dam madwar seba’ minuti.
Diversi xhieda rrapurtaw xeni ta’ paniku totali hekk kif il-mużew ġie evakwat waqt li l-entraturi ġew magħluqa b’bibien tal-metall.
Il-Pulizija indikaw li ġew meħuda tmien oġġetti, inklużi katini tad-djamanti u ġojjelli Rjali oħra – kollha tas-seklu 19 –– fosthom ġojjellerija tal-Imperatriċi Marie Louise u ġojjellerija tar-Reġina Marie-Amelie u r-Reġina Hortense. Dawn kienu mżejna b’eluf ta’ djamanti u ġawhar oħra.
//= $special ?>