Is-Soċjalisti Demokratiċi Ewropej ma oġġezzjonawx id-dibattitu annwali li jsir fl-okkażjoni tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan tennieh l-akbar grupp politiku fil-Parlament Ewropew, il-grupp tal-Partit Popolari Ewropew wara li Alex Agius Saliba ppubblika dik li sejjaħ risposta uffiċjali mill-grupp Soċjalisti Ewropej li tgħid li huma joġġezzjonaw għad-dibattitu annwali fl-annivesarju mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija maħruġa mill-grupp EPP u ffirmata mill-Viċi Chairman Żvediz Tomas Tobe, il-grupp spjega li huwa diżappuntat ferm bl-allegazzjonijiet li huma ddiskrivew “fittizji”.
Tobe, saħanistra qal li jidher ċar li dawn l-allegazzjonijiet ivvintati huma sabiex jgħinu lid-delegazzjoni Maltija tal-Labour cioè d-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba, Daniel Attard u Thomas Bajada joħorġu lilhom nfushom “minn ħofra li ħafru huma stess”.
Minkejja dawn l-allegazzjonijiet, il-Viċi President tal-EPP irringrazzja lis-Soċjalisti Demokratiċi Ewropej – il-grupp S&D li l-Labour jagħmel parti minnu – talli ma oġġezzjonawx li jsir dan id-dibattitu li jsir kull sena, totalment il-kontra ta’ dak li qed jgħid Alex Agius Saliba.
Intant, minkejja li Alex Agius Saliba iddeskriva r-risposta bħala waħda uffiċjali – stqarrija uffiċjali mill-grupp li tiegħu huwa Viċi President għadha ma ħarġitx. Dan minkejja li hu wiegħed li l-grupp tiegħu se jkun qed joħroġ stqarrija uffiċjali.
//= $special ?>