Futbol Sport

Nottingham Forest viċin li jaħtru lil Sean Dyche

Nottingham Forest jinsabu viċin li jaħtru lil Sean Dyche bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom wara li keċċew lil Ange Postecoglou fi tmiem l-ġimgħa, wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Chelsea. Postecoglou tkeċċa’ 17-il minuta wara t-telfa ta’ Nottingham fil-jum tas-Sibt fejn attwalment jinsabu fit-18-il post tal-klassifika b’rebħa waħda minn tmien logħbiet dan l-istaġun.

Minkejja li Sean Dyche jinsab viċin li jieħu postu fit-tmexxija tat-tim, il-club jidher li kellu diskussjonijiet ukoll ma’ Robert Mancini, filwaqt li il-kowċ Andre Silva, ta’ Fulham, jidher li m’huwiex lest li jiddiskuti u jixtieq jonora il-kuntratt tiegħu mat-tim ta’ Londra.

L-inċertezza fil-club waslet wara li s-sid tal-club il-Grieg Evangelos Marinakis keċċa’ lill-kowċ Nuno Esperito Santos wara tliet partiti, fejn bl-Awstraljan Postecoglou jeħodlu postu. L-eks kowċ ta’ Tottenham dam 39 ġurnata biss fit-tmexxija tal-club.