L-attakki kontinwi mill-Partit Laburista fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista laħqu livelli ġodda, dan hekk kif numru ta’ partitarji Laburisti saħanistra attakkaw bla rażan lill-President Emeritu u Eks Prim Ministru Nazzjonalista Eddie Fenech Adami.
Il-partitarji, infexxew f’tgħajjir fil-konfront tal-Eks Kap tal-Partit Nazzjonalista, fejn iddiskrivewh bħala bniedem “bestja, demel, maħta u anke p**ta”.
B’oħrajn saħanistra jużaw il-kliem dispreġjattiv ta’ “aħdar, indannat, u giddieb”. Fejn oħrajn iddiskrivewh bħala bniedem ta’ “demm valenuż”.
Il-Partit Laburista ilu għal dawn l-aħħar snin, xhur u ġimgħat jizra’ l-mibegħda fil-partitarji tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista, dawk li jappoġġjaw lill-Partit Nazzjonlista u lejn dak kollu li għandu x’jaqsam mal-Partit Nazzjonalista.
Tant hu hekk, li din il-mibegħda issa estendiet sa tgħajjir fil-konfront ta’ President Emeritu, Eks Prim Ministru u Missier Malta Ewropea – Eddie Fenech Adami.
Sfortunatament il-familja Fenech Adami ilha snin twal fil-mira tal-Partit Laburista u l-partitarji tiegħu. Bl-aktar attakki serji jkunu dawk taż-żmien tmenin.
Fost dawn is-sitwazzjonijiet kienu fis-15 ta’ Ottubru tal-1979. Il-jum ittimbrat bħala ‘It-Tnejn l-Iswed’. F’dan il-jum parititarji Laburisti daħlu fid-dar privata ta’ Eddie Fenech Adami, aggredew il-mara ta’ Fenech Adami – Mary Fenech Adami, bit-tfal tal-koppja jkollhom jaqbżu l-bjut sabiex jeħilsu minn din iċ-ċorma Laburisti.


Madanakollu, Eddie Fenech Adami kien Kap tal-Partit Nazzjonalista fl-1986, meta saru fost l-agħar attakki fuq il-partitarji Nazzjonalisti sempliċiment għaliex kienu sejrin jipparteċipaw f’mass meeting fiż-Żejtun li kien organizzat mill-Partit Nazzjonalista.

Dakinhar, f’Tal-Barrani, l-partitarji Nazzjonalisti ntlaqgħu bil-gass tad-dmugħ u kienu mwaqqfa, intimidati u anke aggrediti sabiex ma jattendux mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żejtun. U filmati xhieda ta’ dan saħanistra juru lil Eddie Fenech Adami u anke lil Guido De Marco jitkellmu b’ċarruta ma’ ħalqhom sabiex jevitaw dan il-gass.
Dawn kienu fost ftit mill-attakki li sofra l-Partit Nazzjonalista fl-idejn tal-Partit Laburista. U għexieren ta’ snin wara, il-mibegħda għadha tiġi miżrugħa, issa permezz tal-kummenti tal-Laburisti fuq il-midja soċjali.
//= $special ?>