Lokali

Qbil dwar l-importanza ta’ investiment ta’ kwalità f’pajjiżna

Investiment ta’ kwalità u turiżmu ta’ kwalità. Dawn kienu t-temi ewlenin li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg tkellem dwarhom flimkien mal-amministrazzjoni tal-Grupp AX, fejn qasmu l-viżjoni tagħhom waqt laqgħa li saret fil-binja tal-grupp fil-Mosta, fejn ingħata merħba mill-isbaħ.

Waqt din il-laqgħa Anglu Xuereb, il-funadatur u l-moħħ wara AX Group, spjega kif hu kellu viżjoni u ta’ 22 sena beda jattwa din il-viżjoni billi beda jaħdem fil-kostruzzjoni.

Ftit tal-jiem ilu, AX Group iċċellebra il-50 anniversarju – turija ċara ta’ kif viżjoni nbidlet f’legat.

Fil-preżent, AX Group jimpjega madwar 1,400 ħaddiem fejn il-maġġoranza tagħhom huma barranin minn 65 pajjiż differenti.

Ritratt: Martin Agius

Ken propju għalhekk li Claire Xuereb u Denise Xuereb, diretturi ta’ din l-istess kumpanija; spjegaw l-importanza li l-ħaddiema jkunu ta’ kwalità għax hekk biss tista’ tattira turiżmu li jkun tassew ta’ kwalità. Dan hekk kif AX Group dejjem ħadem biex joffri l-aqwa servizzi kemm fil-kostruzzjoni kif ukoll fl-ospitalità u l-kura. Issemma wkoll kif is-Simblija Care Home hija l-unika dar tal-kura kompletament privata u xorta waħda għandha waiting lists twal.

Huma, kienu akkumpanjati minn Michael Warrington, il-Kap Eżekuttiv u d-Deputat Chairman, li spjega li bħalissa AX Group qed taħdem fuq diversi proġetti oħra, fosthom investiment ikbar fil-Hilltop Gardens.

Ritratt: Martn Agius

Intant, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers Ivan Castillo u Jerome Caruana Cilia, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Sabine Agius Cabourdin.