Futbol Sport

Telfa oħra għal West Ham… Sean Dyche mistenni jirritorna fil-Premier League

Fil-Premier League rebħa minima ta’ 2-0 għal Brentford barra minn darhom għand West Ham biex b’hekk kompliet tiżdied il-pressjoni fuq il-kowċ tal-Hammers Nuno Esperito Santo. Dan ir-riżultat iħallu lil West Ham fid-19-il post tal-klassifika, fil-post ta’ qabel tal-aħħar b’4 punti biss minn tmien partiti. Brentford, min-naħa l-oħra ikkonsolidaw posthom fit-13-il post b’għaxar punti. Il-gowl uniku tal-partita wasal żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Igor Thiago. Fl-aħħar minutia tal-partita wasal it-tieni gowl permezz ta’ Matthias Jensen.

Nottingham viċin li jaħtru lil Sean Dyche
Nottingham Forest jinsabu viċin li jaħtru lil Sean Dyche bħala l-kowċ il-ġdid tagħhom wara li keċċew lil Ange Postecoglou fi tmiem l-ġimgħa, wara t-telfa ta’ 3-0 kontra Chelsea. Postecoglou tkeċċa’ 17-il minuta wara t-telfa ta’ Nottingham fil-jum tas-Sibt fejn attwalment jinsabu fit-18-il post tal-klassifika b’rebħa waħda minn tmien logħbiet dan l-istaġun.

Minkejja li Sean Dyche jinsab viċin li jieħu postu fit-tmexxija tat-tim, il-club jidher li kellu diskussjonijiet ukoll ma’ Robert Mancini, filwaqt li il-kowċ Andre Silva, ta’ Fulham, jidher li m’huwiex lest li jiddiskuti u jixtieq jonora il-kuntratt tiegħu mat-tim ta’ Londra.

L-inċertezza fil-club waslet wara li s-sid tal-club il-Grieg Evangelos Marinakis keċċa’ lill-kowċ Nuno Esperito Santos wara tliet partiti, fejn bl-Awstraljan Postecoglou jeħodlu postu.
L-eks kowċ ta’ Tottenham dam 39 ġurnata biss fit-tmexxija tal-club.