Formula 1 Sport

Verstappen jirbaħ il-Grand Prix tal-Istati Uniti

L-aħħar Grand Prix rat lill-Max Verstappen jiddomina mill-pole position sar-rebħa, kemm fl-iSprint kif ukoll fit-tellieqa prinċipali u hekk resaq viċin l-leader tal-kampjonat.

Proprju fit-tieni post temm Lando Norris ta’ McLaren, wara battalja intensiva ma’ Charles Leclerc ta’ Ferrari, li temm fit-tielet post.

Għal McLaren kien tmiem tal-ġimgħa kemxejn diżappuntanti b’Oscar Piastri jtemm fil-ħames post, biex naqas id-distakk fil-kampjonat tas-sewwieqa. Id-distakk bejn Piastri fl-ewwel post u Verstappen fit-tieni post issa huwa biss 40 punt u jista’ jagħti xejra aktar kompettitiva lejn l-aħħar tal-istaġun.