Internazzjonali

Żewġ persuni jitilfu ħajjithom f’Hong Kong wara li ajruplan spiċċa fil-baħar

Żewġ persuni tilfu ħajjithom wara li ajruplan tal-merkanzija skiddja fl-Ajruport Internazzjonli ta’ Hong Kong bir-riżultat li spiċċa fil-baħar kmieni t-Tnejn filgħodu.

It-titjira EK9788 kienet qed tagħmel il-wasla tagħha minn Dubai meta għall-ħabta tal-erbgħa neqsin għaxra ta’ dalgħodu skiddja l-ajruplan u ħabat f’vettura.

Dan kollu bir-riżultat li tilfu ħajjtihom żewġ persuni li kienu fil-karozza, dan filwaqt li 4 persuni tal-ekwipaġġ salvaw.

Dan huwa wieħed mill-aktar inċidenti fatali fl-avjazzjoni li ra Hong Kong f’dawn l-aħħar snin. L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin sabiex tiġi stabbilita r-rotta li ttieħdet mill-ajruplan malli għamel l-inżul tiegħu.