Sport Sport Ieħor

Black Jack 100 jirbaħ il-Monohull Line Honours tar-Rolex Middle Sea Race

L-ekwipaġġ tal-jott Black Jack 100, jiċċelebraw ir-rebħ tal-Monohull Line Honours tar-Rolex Middle Sea Race.
L-ekwipaġġ tal-jott Black Jack 100, jiċċelebraw ir-rebħ tal-Monohull Line Honours tar-Rolex Middle Sea Race.

Il-jott Black Jack 100 ta’ Remon Vos kmieni l-bieraħ filgħodu temm is-46 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Black Jack 100 hu l-ewwel jott li temm din it-tellieqa meta taħt it-tmexxija ta’ Tristan Le Brun kiseb il-Monohull Line Honours, f’ħin totali ta’ jumejn, 17-il siegħa, 44 minuta u 7 sekondi.

Black Jack 100, li hu rreġistrat f’Monaco, deher dieħel f’pajiżna ftit qabel is-5:45am, biex b’hekk kien l-ekwipaġġ ta’ dan il-jott, l-ewwel wieħed, minn total ta’ 118-il ekwipaġġ li ħadu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena, li temm din it-tellieqa b’suċċess. 

Ir-Rolex Middle Sea Race hi avveniment annwali fil-kalendarju tal-Ibburdjar dinji, b’sfida ta’ 606 mili nawtiċi, b;rotta li tibda minn Malta lejn Sqallija, biex imbagħad il-flotta ddur madwar Pantelleria u Lampedusa qabel ma tirritorna lejn il-Gżejjer Maltin.

L-ekwipaġġ ta’ Black Jack 100 kien magħmul minn Remon Vos, Tristan Le Brun, Alex Nolan, Andrew Henderson, Bram van Spengen, Bruce Clark, Clément Cron, Guillaume Berenger, Harley Spreadbury-Key, Jelmer Van Beek, Jorden Van Rooijen, Matiu Te Hau, Robin Jacobs, Rokas Milevicius, Romain Testa, Rutger Vos, Shane Hughes, Sofian Bouvet u Thierry Fouchier.