Birkirkara St Helen’s kisbu l-ikbar rebħa tal-ġurnata fid-David Cluett Memorial Cup meta għelbu lil Gżira United Veterans 7-0. Din hija kompetizzjoni oħra organizzata mill-assoċjazzjoni tal-Veterani tal-Futbol.
Il-Karkariżi kienu f’vena formidabbli speċjalment il-plejer Latin Amerikan, Federico Tejada Marine li skorja erba’ gowls. Jean Pierre Mifsud Triganza u Gilbert Camilleri komplew jiskorjaw il-gowls l-oħra tal-Istripes.
Referee kien Jonathan Balzan.
Barbara u Wellman protagonisti fir-rebħa tal-MFPA
F’partita oħra mill-kompetizzjoni David Cluett Memorial Cup, dik bejn l-MFPA u Żurrieq Wolves, din id-darba kelna konfront aktar ibbilanċjat. Kienet l-iskwadra tal-MFPA li ħarġet rebbieħa bl-iskor ta’ 7-5.
Mark Barbara u Stephen Wellman kienu awturi ta’ tripletta kull wieħed b’Julian Galea li żied gowl ieħor għal Malta Football Players Association.
Għal Żurrieq Wolves skorjaw doppjeta kull wieħed Giuseppe Muscat u Alexander Muscat u Kevin Vella żied gowl ieħor għaż-Żrieraq.
Referee kien Jonathan Balzan.
Rebħa missielta għal Luxol St Andrews
Il-konfront bejn Luxol St Andrews u Hibernians ukoll kien wieħed missielet u r-riżultat baqa’ inċert sal-aħħar, tant li l-vjola rebħu 2-1.
L-ewwel taqsima kienet kważi kollha ta’ Hibernians li kellhom diversi ċansijiet ta’ skor li madankollu naqsu milli jisfruttaw. Luxol St Andrews bdew jattakkaw permezz tal-kontra-attakki, li bdew ikunu perikolużżi u effettivi tant li rrnexxilhom jiskorjaw darbtejn minn azzjonijiet ta’ dan it-tip.
Il-gowls ta’ Luxol St Andrews waslu minn Tyron Borg u l-gowl l-ieħor kien awto gowl ta’ Clayton Micallef. Ironikament l-uniku gowl skorjat mill-Pawlisti, wasal ukoll minn awto-gowl, meta Jason Gauci kien sfortunat li xeħet fix-xibka tiegħu stess.
Referee kien Ray Tabone.
Floriana jaċċertaw ir-rebħa b’gowls lejn l-aħħar tal-konfront
Floriana Veterans xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Rabat Ajax bl-iskor finali ta’ 3-1. Kien lejn l-aħħar tal-konfront li l-Furjaniżi aċċertaw mir-rebħ tal-partita u allura kisbu t-tliet punti għall-ispejjez tar-Rabtin.
Ryan Darmanin poġġa’ lil Floriana minn fuq sabiex Adam Smeir ġab l-iskor indaqs għar-Rabtin. Lejn l-aħħar Sunday Eboh u Manolito Micallef taw ir-rebħa finali lill-Greens għal skor finali ta’ 3-1.
Referee kien Ray Tabone.
//= $special ?>