Budget 2026 Ekonomija Lokali

Il-Gvern ħalla lill-pajjiż b’ħofra finanzjarja ta’ €170 miljun

Fit-tieni kwart ta’ din is-sena, il-Gvern ta’ Robert Abela rreġistra defiċit ta’ €170 miljun. Fi kliem sempliċi, il-pajjiż għandu ħofra finanzjarja ta’ 170 miljun.

Skont l-NSO, in-nefqa tal-Gvern żdiedet b’€170.4 miljun, filwaqt li d-dħul sħiħ naqas bi €38.7 miljun.

Intqal ukoll li fi tmiem it-tieni kwart tal-2025, id-dejn tal-Gvern Ġenerali kien ta’ aktar minn 11-il biljun – żieda ta’ elf miljun ewro fuq l-istess perijodu fl-2024.

Il-PN ilu xhur sħaħ iwissi dwar dan id-dejn li issa sar insostenibbli. Dan huwa kollu frott in-nuqqas ta’ viżjoni ekonomika minn naħa ta’ Robert Abela, li ma rnexxielux joħloq setturi ekonomiċi ġodda, u jiġġenera jobs ta’ kwalità li jgħinu għat-tkabbir ekonomiku.