Lokali

Il-Ministri jibqgħu jiddefendu l-attakk kontra l-Partit Nazzjonalista

Il-Ministri Anton Refalo u Silvio Schembri, komplew jiddefendu l-mozzjoni, li ressaq il-Partit Laburista u li se tkun diskussa l-Erbgħa fil-Parlament Malti; mozzjoni li hija waħda partiġjana u li mhux qed titressaq għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.

Bil-Ministru Refalo inkredibbilment, lanqas kien jaf li tressqet din il-mozzjoni – tant li kellu jaqbeż il-Ministru Schembri jwieġeb għalih.

Fl-aħħar jiem bosta kienu dawk li kitbu fuq il-midja soċjali dwar kif il-prezzijiet qed jibqgħu dejjem jogħlew, xi ħaġa li ġiet ikkonfermata wkoll miċ-ċifri li ġew ippubblikati mill-NSO għax-xagħar ta’ Settembru li wrew li r-rata tal-għoli tal-ħajja f’Malta tinsab fil-livell ta’ 2.4%. Iżda l-Gvern, donnu li aktar jinteressah li juża l-ħin tal-Parlament biex jiddiskuti mozzjonijiet partiġjani kontra l-PN.