Ivan Castillo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li l-PN dejjem favur inizjattivi li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies u li jneħħu anomaliji.
Ivan Castillo qal li l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar l-impjiegi u r-relazzjonijiet industrijali jiffoka fuq ċirkostanza ta’ tmiem ta’ tqala ta’ bejn 22 u 28 ġimgħa fejn kien hemm anomalija għaliex dawn il-ġenituri ma kienu jibbenefikaw minn xejn. Hu sostna li dawn l-emendi se jkunu ta’ għajnuna waqt li ssir ġustizzja ma’ dawn il-koppji li jkunu għaddew minn tarwma. Il-PN hu favur dawn l-emendi u jappella biex ikun hemm iktar okkażjonijiet fejn ikun hemm qbil.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PN jaqbel mal-bereavament leave li dwaru l-PN kien diġà għamel proposta simili. Ivan Castillo semma’ l-istejjer tal-persuni li junu għaddew minn dawn it-trawmi u semma’ l-għajnuna ta’ wara biex il-erpsuni involuti jesprimu d-dieqa f’sessjonijiet meħtieġa. Hemm biss persuna waħda f’Mater Dei li tpoġġi ma’ dawn il-persuni u titkellem magħhom. Iżda bħalissa ssir biss sessjoni waħda li żgur mhijix biżżejjed. L-għajnuna m’għandhiex tingħata biss lill-ġenituri iżda wkoll il-familjari relatati.
Ivan Castillo semma’ Work Regulation Order fil-kuntest tal-mewt tal-famijari fejn hemm anomalija għaliex hemm numri differenti ta’ leave f’każi ta’ telf ta’ persuni. Il-persuni li jsofru t-telf ta’ familjari għandhom ikunu trattati b’mod ugwali. Il-PN hu ppreprat li jirranġa din l-anomalija biex issir ġustizzja biex kulħadd ikun stmat l-istess.
Hu qal li l-PN ilu ħafna jipproponi għajnuniet lill-familji Maltin anki biex il-ġenituri jkollhom iktar ħin mal-familja. Il-PN se jkun qed jappoġġja inizjattivi favur il-familji; kif għandu jagħmel il-PL meta L-PN jipproponi inizjattivi simili.
//= $special ?>