Ryan Callus, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal fil-parlament li l-PN dejjem ippropona inizjattivi li jsaħħu l-familji.
Ryan Callus qal li s-soċjetà kienet iffaċċjata b’inġustizzja ta’ każi ta’ korriment fit-tqala wara 28 ġimgħa li issa se tonqos għal 22 ġimgħa. Hu appella biex ikun hemm iktar ċirkostanzi li fihom jintlaħaq qbil bejn iż-żewġ naħat biex jitneħħew anomaliji inġusti.
Ryan Callus qal li t-tmiem tat-tqal huma huma mumenti ta’ emozzjonijiet u għalhekk appella għal iktar sensittività f’dawn iċ-ċirkostanzi. Hu appella wkoll biex dawn l-inizjattivi jkunu implimentati immedjatament u mhux mill-1 ta’ Jannar 2025.
Fiwlaqt li semma’ l-proposti tal-PN dwar it-twelid, Ryan Callus qal li l-parlament għandu dover li jkun hemm inċentivi għall-ġenituri li jagħżlu li jibnu familji. Għalhekk il-leave tal-maternità għandu jiżdied minn 18-il gimgħa għal 24 ġimgħa. Dwar il-leave tal-psternità, l-gvern kien daħħal biss il-minimu iżda l-PN jnsisti li dan jiżdied biex il-familji jagħżlu li jkollhom iktar trabi.
Hu qal li l-PN se jkompli jressaq iktar proposti biex jissaħħu l-familji Maltin.
//= $special ?>