Lokali

L-Air Malta għadha qed tiswa ħafna lill-poplu

S'issa, minn meta għalqet fl-aħħar ta' Marzu tas-sena l-oħra, il-poplu diġà ħallas kważi €1.5 miljun

Għad hemm 19-il persuna fuq il-kotba tal-kumpanija Air Malta bi spiża fix-xahar ta’ €82,448.59. Dan ifisser li l-Gvern għadu joħroġ kważi miljun ewro fis-sena wara li għalaq hu stess il-kumpanija Air Malta u waqqaf il-kumpanija KM Airlines. S’issa, minn meta għalqet, (April 2024 sa Settembru 2025), it-total tela’ għal kważi €1.5 miljun.

Dan jikkonfermah il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana li wara sitt mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalsta David Aguis, wieġeb fl-Parlament u kkonferma li għad hemm 19-il persuna fuq il-kotba tal-kumpanija Air Malta bi spiża mensili ta’ €82,448.59.

L-Air Malta għalqet għalkollox fl-aħħar ta’ Marzu tas-sena li għaddiet.

Id-Deputat Nazzjonalsta David Aguis staqsa lill-Ministru għall-Finanzi jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 26670, 28510, 28779, 28972, 29121 u 31083 u jgħid x’inhi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Air Malta fil-ġurnata li fiha tkun qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kif ukoll kemm hemm ħaddiema li għadhom fuq il-kotba tal-Air Malta. Staqsa wkoll kemm tħallsu pagi, xahar b’xahar.