Lokali

L-Assoċjazzjoni tal-Catering jikkundannaw dak li qal il-Ministru Clyde Caruana

Fi stqarrija maħruġa mill-Assoċjazzjoni tal-Catering ikkundannaw għall-aħħar kliem il-Ministru Clyde Caruana dan filwaqt li ddeskrivewh bħala maqtugħ mir-realtà li qed jaffaċċjaw ir-ristoranti.

Dan wara li f’intervista li kellu t-Tlieta filgħodu mat-Times of Malta, il-Ministru Clyde Caruana qal li r-ristoranti iħallsu €4,500 taxxi fis-sena u skont l-ACE din il-figura hija żbaljata. Infatti qalu li skont stħarriġ li sar jirriżulta li l-ammont huwa ferm differenti.

L-għaqda qalet li dikjarazzjonijiet bħal dawn jagħtu stampa żbaljata dwar l-industrija speċjalment meta jeħtieġ li tiġi diskussa r-rata tal-VAT ċioe li tinżel għal 7% hekk kif bħalissa qegħda 18%.