Il-Ġappun għamel l-istorja hekk kif Sanae Takaichi saret l-ewwel Prim Ministru mara tal-pajjiż wara vot parlamentari, it-Tlieta. Dan fi żmien meta l-Ġappun qed jiffaċċja sfidi ekonomiċi serji u diviżjoni politika.
Takaichi, mexxejja tal-Partit Liberali Demokratiku (LDP) fil-gvern, ħadet il-pożizzjoni ta’ Prim Ministru wara li fformat koalizzjoni man-Nippon Ishin (Partit tal-Innovazzjoni tal-Ġappun) meta l-LDP tilef is-sieħeb tiegħu għal żmien twil, Komeito.
Magħrufa għall-fehmiet konservattivi tagħha, Takaichi tappoġġja r-reviżjoni tal-kostituzzjoni paċifista tal-Ġappun, topponi żwieġ tal-istess sess, u tippromwovi politika ta’ immigrazzjoni aktar stretti.
//= $special ?>