Kultura Lokali

Żewġ festivals internazzjonali f’Malta fl-aħħar ta’ Ottubru

Se jittellgħu s-sitt edizzjoni tal-Malta International Folk Festival u t-tielet edizzjoni tal-Malta International Bands Majorettes Festival, bejn il-Ġimgħa 24 u l-Ħadd 26 ta’ Ottubru.

Dawn iż-żewġ festivals, se jkunu qed isiru minn Leon Promotions Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Euro Art Productions, Italja.

Għall-Malta International Folk Festival, mistennija jieħdu sehem 16-il grupp folkloristiku internazzjonali – gruppi li ġejjin mill-Bulgarija, mis-Serbja, mill-Maċedonja ta’ fuq, mill-Greċja, mill-Polonja, mill-Kroazzja, mill-Italja, mill-Ġermanja u minn Malta u Għawdex.

Il-Ġimgħa, 24 ta’ Ottubru, fil-5:30 pm se ssir parata inawgurali tul Triq ir-Republika u wara spettaklu mill-gruppi kollha f’Misraħ l-Assedju l-Kbir. Intant is-Sibt 25 ta’ Ottubru fis-7 ta’ filgħaxija, bħala parti mill-Festival żejt iż-Żejtun, il-gruppi kollha folkloristici se jimmarċjaw madwar it-toroq taż-Żejtun u wara jtellgħhu spettaklu fil-pjazza prinċipali.

Dawn huma l-parteċipanti:

  • Dzieci Kujaw Folk Group – Polonja
  • Horce Folk Group – Bulgaria
  • Hellenic Dance Group of Malta – Grecja
  • Kud Molve Folk Group – Kroazja
  • Ta Cangura Folk Group – Ghawdex, Malta
  • Is Guldana Pearl Folk Group – Italja
  • Kud Dukat Folk Group – Serbja
  • Igraortsi Gabrovo Folk Group – Bulgaria
  • Ogygia Folk Group – Ghawdex, Malta
  • Italian Community of Villanova Folk Group – Kroazja
  • La Campagnola Folk Group – Italja
  • Livadia Folk Group – Grecja
  • Lu Rizzatu Caragnanesu Folk Group – Italja
  • Macedonian Sun Folk Group – North Macedonia
  • Sorb Folk Dance Group Schmerlitz Folk Group – Germanja
  • Snuki Folk Ensemble – Polonja
  • Paul Curmi Dancers – Malta

Matul l-istess jiem, apparti l-Malta International Folk festival, l-istess organizzaturi se jkunu qed itellgħu ukoll il-Malta International Bands Majorettes Festival 2025. Liema festival se jkun qed isir għat-tielet darba u se jkun miftuħ prinċipalment għall-baned.

Għal dan il-festival, se jipparteċipaw ħames baned u erba’ gruppi ta’ majorettes li ġejjin mill-Italja, mir-Repubblika Ċeka, mill-Polonja, mill-Irlanda u minn Malta. Fl-24 ta’ Ottubru għall-ħabta tas-6:30 se ssir parata mill-gruppi tul il-promenade ta’ Marsascala u wara kunċert mill-gruppi majorettes kollha, fi Ġnien Sant’Anna. Instant, is-Sibt 25 ta’ Ottubru, fil-Belt Valletta, Il-gruppi majorettes kollha, se jagħmlu marċ tul Triq ir-Repubblika u wara jtellgħu kunċert f’Misraħ l-Assedju l-Kbir.

Dawn huma l-parteċipanti:

  • Malta Majorettes Twirling – Malta
  • MDO Cheb Band – Republika Ceka
  • Our Lady of Pompei Band – Marsaxlokk – Malta
  • Le Figlie del Po Majorettes Group – Italja
  • The Lubliniec Municipal Wind Orchestra – Polonja
  • St. Anne’s Band – Marsascala – Malta
  • Szafir Majorettes – Polonja
  • St. Catherine’s Accordian Band – Irlanda
  • MDO Cheb Majorettes – Republika Ceka

Finalment, il-qofol kollu taż-żewġ festivals se jintlaħaq il-Ħadd 26 ta’ Ottubru. Dan hekk kif, il-gruppi parteċipanti kollha se jieħdu sehem f’parata spettakolari, tul Xatt is-Sajjieda, f’Marsalxokk mill-10.30 ‘il quddiem. Barra minn hekk, minn nofsinhar ‘il quddiem, fil-Pjazza Madonna ta’ Pompei, quddiem il-Knisja Parrokkjali, il-gruppi folkloristici se jtellgħu l-ispettaklu finali.

Il-preżentaturi ta’ dawn l-ispettakli kollha ser ikunu Brian Bonnici, Etienne Schembri u Debbie Scerri

L-ispettakli kollha jistgħu jitgawdew bla ħlas mill-pubbliku.