Sqalli ta’ 54 sena li qal li huwa negozjant ġie kundannat multa ta’ €3,500 u sospensjoni tal-liċenzja għall-perjodu ta’ sitt xhur wara li ammetta li nhar it-Tlieta kkaġuna feriti gravi fuq mara li kienet qed issuq mutur meta kien qed isuq b’majiera traskurata u perikoluża bil-vettura tiegħu fil-Mosta.
Rosario Giurdanella li huwa minn Modica kkawża l-inċident meta qabad u dar meta kien fuq in-naħa l-oħra tat-triq biex jidħol lejn il-PAMA Supermarket. Huwa ammetta għal ħames reati kontrih – dik li saq karozza Alfa Romeo, bi traskuraġni u bla kont, li minħabba traskuraġni kkaġuna xi ħsara kif ukoll li minħabba wkoll it-traskuraġni kkaġuna ġrieħi gravi fuq persuna oħra.
L-Ispettur Nathan Bugeja qal li l-akkużat lanqas biss uża l-indicator meta mar biex idur għall-istabbiliment bil-vittma ttieħdet l-isptar Mater Dei. Minn investigazzjoni li saret mill-Pulizija ħareġ li Rosario Giordanello, kien qied fuq il-‘fast lane’ mingħajr ma xgħel l-‘indicator’.
Huwa minħabba f’hekk kellu kollużjoni mal-mutur, il-vittma sofriet minn ġrieħi gravi. M’għandux residenza fissa ġie nfurmat fis-1.30am. L-Ispettur Bugeja qal li fuq dan il-każ sar test tan-nifs kemm fuq l-akkużat u fuq il-vittma, fejn l-ebda persuna ma kien taħt l-influwenza iktar mill-limitu tax-xorb.
L-Avukat tat-Taljan Matthew Xuereb qal li l-klijent tiegħu se jammetti għall-akkużi kollha u ta’ min wieħed jgħid li huwa pprova jgħin lill-persuna, u anke kkopera bis-sħiħ mal-pulizija. Dan kien każ involontarju, fatt li qablet miegħu l-prosekuzzjoni,
Dwar il-piena fuq il-piena qal li Giordanella ikkolabora mal-Pulizija u ammissjoni bikrija u xora lest li jikkopera mal-vittma u għalhekk m’għandhiex tkun piena karċerajra effettiva u li meta il-mara waqgħet minn fuq il-mutur huwa mar jgħinha flimkien ma’ familtu. Huwa qal ukoll li każijiet bħal dawn normalment jitressqu b’ċitazzjoni.
L-Avukat Xuereb qal li kulħadd jaf l-“over poplulation” li qed jikkawża wkoll it-traffiku. Il-ħsara fuq il-mutur qal l-Ispettur hija waħda minima u li l-vittma se tagħmel sebat t’ijiem ma tmurx għax-xogħol u li se tagħmel talba mill-kumpanija tal-assigurazzjoni tagħha u ma hija se titlob xejn minn naħa tas-sewwieq tal-vettura. Ħareġ ukoll fil-Qorti li l-Isqalli se jkun qed iħalli Malta lejn Sqallija l-Ħamis fis-6pm.
//= $special ?>