Lokali Parlament

Aktar minn 400 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider din is-sena

Jirriżulta li kien hemm 428 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider din is-sena mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-15 ta’ Ottubru 2025. Minn dawn il-każi, kien hemm 104 li ġew riferuti mill-iscreening unit.

Meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentri tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, il-Ministru għas-Saħħa Jo Etienne Abela qal fil-Parament li kien hemm 75 invasive carcinoma u 29 carcinoma in situ, li jfisser stadju bikri ħafna ta’ kanċer magħruf bħala Stage 0, fejn iċ-ċelloli tal-kanċer huma limitati għall-“milk duct u ma nifdux fit-tessut tas-sider.  Għalhekk hu stadju fejn il-kanċer hu kważi dejjem kompletament kurabbli.