Matul il-jum tal-Erbgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg Kellu laqgħa mal-Eks Prim Ministru tal-Olanda, Jan Peter Balkenende u l-eks Prim Ministru tal-Polonja Jan Krystof Belecki, li huma nvoluti fid-ditta EY.
Matul din il-laqgħa, huma iddiskutew dak li ħareġ mill-aħħar stħarriġ li sar mill-EY dwar l-industrija f’pajjiżna.
Maż-żewġ eks-Prim Ministri, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg tenna li f’Malta għandna diversi sfidi li jridu jiġu indirizzati – fosthom in-nuqqas ta’ ħilied, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, it-trasport tal-massa, ż-żieda fil-popolazzjoni, u t-traffiku.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-Konferenza tal-EY kienet waħda pożittiva hekk kif tkellem ma’ diversi persuni għolja fis-settur tan-negozju dwar l-isfidi li qed jaffaċċjaw u l-prospett tagħhom għall-Partit Nazzjonalista.
Alex Borg tenna li għandhom jibqgħu isiru investimenti b’saħħithom fis-setturi kollha ta’ pajjiżna sabiex Malta tibqa’ verament id-destinazzjoni ta’ kwalità għall-investiment barrani u jkomplu jiġu inċentivati niċeċ ekonomiċi jinvestu f’Malta.
//= $special ?>