Sport

Champion ta’ Malta fil-Malta Blackball

Johan Attard beda tajjeb ħafna meta fetaħ vantaġġ sostanzjali ta’ 5-1 iżda Stephen Mangion wettaq rimonta kbira tant li dawwar l-iskor favurih għal 7-5.

Lejn l-aħħar tal-logħba l-iskor kien 9-9 u kien propju Johan Attard li daħħal il-boċċa rebbieħa sabiex seta’ jiċċelebra t-titlu.

Din kienet il-ħames darba fil-karriera li Johan Attard rebaħ iċ-champion ta’ Malta, xhieda wkoll tal-forma tajba li jinsab fiha.

Fi tmiem il-finali il-membru anzjan fi ħdan il-Malta Blackball Fderation Lino Lauro ippereżenta t-trofew lil Johan Attard.