Lokali

“Clyde Caruana huwa maqtugħ mir-realtà” – ACE

“Il-Ministru tal-Finanzi huwa skorett, mhux ġust u totalment maqtugħ mir-realtà”

Iddikjaraw dan l-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering fi stqarrija ppubblikata b’reazzjoni għall-kumment li wassal il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana fejn iddikjara illi r-ristoranti jħallsu ħafna inqas taxxa miċ-ċittadin normali.

Skont l-ACE, dan il-kumment huwa wieħed kompletament barra minn loku u jirrifletti kemm il-Ministru huwa maqtugħ mir-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-ristoranti f’pajjiżna.

Madanakollu, l-assoċjazjoni spjegat ukoll illi li kieku dak li qed jgħid il-Ministru huwa veru – cioè r-ristoranti qed iħallssu €4,500 f’income tax fis-sena huwa ħafna inqas minn dik taċ-ċittadini –  mela s-sistema fiskali tal-Gvern qed tfalli; għaliex din il-figura hija l-bogħod mir-realtà meta tikkunsidra n-numru ta’ stabbilimenti tal-catering f’pajjiżna.

Intant, l-assoċjazzjoni stqarret li dan il-kumment se jkun qed iżid il-perċezzjoni pubblika skorretta dwar l-industrija. Dan filwaqt illi spjegaw ukoll li l-Gvern qed jiddevja mid-diskussjoni dwar l-proposta sabiex tonqos il-VAT għal 7%.

B’rabta mal-proposta prinċipali tal-ACE, li titnaqqas il-VAT għal 7% tkellem ukoll Matthew Pace fuq NETLIVE f’isem l-ACE, li spjega li pajjiżna hu wieħed mill-aktar pajjiżi li għandu l-ogħla rata ta’ VAT fl-Ewropa.

Anke il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qed jimbotta din il-proposta ‘l quddiem. Proposta li se tgħin lir-ristoranti jkunu ta’ suċċess u toħloq level playing field.