Lokali

CPD u Pulizija msejħa f’Wied il-Għajn wara li raġel inqabad bejn tow truck u ħajt

Pulizija u membri tas-CPD issejħu f’Wied il-Għajn wara li raġel inqabad bejn tow truck u ħajt.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Nigel Dennis. Ambulanza u tim mediku wasal ukoll fil-post.

Il-vittma ttieħed l-isptar iżda jidher li mhux qiegħed fil-periku tal-mewt. Jidher li l-vittma weġġa’ jdejh f’dan l-inċident.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.