Lokali

EDITORJAL MALTATODAY: Il-mozzjoni tal-lejla fil-Parlament hi “sinjal ta’ paniku” fil-Labour

“Il-mozzjoni tal-lejla hi biss sinjal ta’ paniku”.

Hekk iddikjara l-editorjal tal-gazzetta MaltaToday fil-ġurnata li fiha l-Labour se jiddiskuti mozzjoni ta’ kundanna kontra l-Oppożizzjoni – minflok jiddiskuti l-aktar temi li bħalissa qed jinkwetaw lin-nies, fosthom it-traffiku u l-għoli tal-ħajja.

L-editur ittimbra din il-mozzjoni bħala “attakk fuq il-libertà tal-espressjoni”.

Aktar minn hekk, il-MaltaToday qed tgħid li dan huwa dibattitu “pwerili” li tistennih minn pajjiżi bħall-Ungerija u mhux minn partit politiku li suppost ġej mill-familja Soċjalista.