Beppe Fenech Adami, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna fil-parlament li fl-aħħar laqgħa li l-Kap tal-PN Alex Borg kellu fi Brussell ġarr il-bandiera Maltija u għamel biss ġid għal pajjiżna.
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li fil-mozzjoni l-gvern għamel riferenza għaż-żjara ta’ Alex Borg fi Brussell l-ġimgħa l-oħra. Il-gvern qal li l-PN mar Brussell biex jagħmel ħsara lil Malta, meta fil-fatt kien il-PN li daħħal lil Malta fl-UE u b’hekk il-pajjiż kiseb miljuni ta’ ewro f’fondi.
Beppe Fenech Adami qal li l-Grupp Soċjalista Ewropew ma opponiex għad-dibattitu fil-parlament Ewropew.
Hu spjega li l-laqgħat fi Brussell kienu inpenjattivi u fosthom sar il-ġid lill-pooplu Malti b’laqgħat ma’ diversi kummissarji Ewropej fosthom dwar is-sajd, iktar fondi għas-sajjieda, il-protezzjoni tas-sajjieda Maltin mit-theddid li dawn jgħaddu minnhom minn dgħajjes minn pajjiżi oħra.
Laqgħat oħra saru mal-kummissarju responsabbli għall-ambjent fejn il-PN reġa’ ġarr il-bandiera Maltija billi tkellem favur għajnuna tal-UE għal arja iktar nadifa, it-tibdil fil-klima, l-ilma, l-agrikoltura u l-bdiewa Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fi Brussell il-Kap tal-PN tkellem ukoll favur il-ħarsien tal-ambjent, fuq l-ambjent bħala d-dritt fundamentali tal-bniedem u d-difiża fejn il-Kap tal-PN tkellem dwar kif Malta għandha tħares l-interessi tagħha.
Il-Kap tal-PN kellu laqgħa mal-Ambaxxatur Malti u tratta l-Maltin li jgħixu fi Brussell u l-Lussumburgu u kellu laqgħa ma’ mijiet ta’ Maltin li jgħixu fi Brussell. Il-ħolma tal-PN li Malta tissieħeb fl-UE fissret li eluf ta’ Maltin qed jaħdmu fi Brussell u fi Strasburgu, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li l-PL bħalissa għandu paniku politiku.
Din hi mozzjoni kattiva li fiha l-PL ivvinta skuża u gidba biex mingħalih ikisser lill-Kap tal-PN Alex Borg; frott il-paniku u l-inkwiet li għandu l-PL mnħabba li qed jitlef il-maġġoranzi li kellu, sostna Beppe Fenech Adami.
//= $special ?>