Is-sistema tas-saħħa f’Gaza għandha ġenerazzjonijiet sħaħ biex forsi tfieq. Dan qalu d-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) Tedros Adhanom Ghebreyesus f’intervista li kellu fuq BBC Radio.
“Il-popolazzjoni ta’ Gaza esperjenzat il-ġuħ, nies li spiċċaw b’feriti tal-waħx, mard infettiv li nfirex minħabba d-distruzzjoni tal-infrastruttura tal-ilma u tas-saħħa. U jekk iżżid il-fatt li l-aċċess għall-għajnuna umanitarja huwa limitat, dan kollu hu taħlita fatali u katastrofika.”
Il-problema tas-saħħa mentali hija wkoll gravi. U meta tikkunsidra li l-popolazzjoni batiet il-ġuħ, għal snin sħaħ, dan iffisser li l-kriżi għandha ġenerazzjoniet sħaħ biex forsi tfieq.
Iżrael ħalla l-għajnuna medika tidħol f’Gaza minn mindu tħabbar il-waqfien mill-ġlied fl-10 ta’ Ottubru. Iżda Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li l-livelli tal-għajnuna huwa bil-wisq minimu biex jibdew jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ta’ Gaza u biex terġa’ tinbena s-sistema tas-saħħa fit-territorju Palestinjan.
Il-Kap tad-WHO qal li l-għajnuna umanitarja m’għandiex tkun imqassma fil-preżenza tal-militar Iżraeljan u m’għandhomx ikunu imposti kundizzjonijiet.
