Iċ-champions Għaxaq Wolves kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Amateur Football Association wara li għelbu lil Balluta Barracudas 2-0.
Rebħa importanti għall-Għaxaq Wolves fejn issa jinsabu waħedhom fl-ewwel post tal-klassifika b’sitt punti.
Wara li l-ewwel taqsima ntemmet 0 – 0 , Għaxaq marru fil-vantaġġ fit-42 minuta permezz ta’ Diego Fernando Ovallos Galvis sabiex ħdax-il minuta wara, kien Stanimir Miloskovic li għalaq il-partita 2 – 0 b’Balluta Barracudas isofru t-tieni telfa. Referee kien Lorry Sammut.
F’partita bbilancjata, Valletta Stars St Dominic u Marsa St. Michael’s temmew fi draw ta’ 2-2.
Marsa kellhom vantaġġ doppju permezz ta’ Adrian Denis Dluha u Joao Marcelo Junior Coutinho li skorjaw f’temp ta’ ħames minuti sabiex fit-tieni taqsima b’Valletta Stars iwettqu reazzjoni skorjaw darbtejn permezz ta’ Federico Marine Tejada u Abba Auwal. Referee kien Peter Abela.
Mit-tieni diviżjoni, Swieqi United għelbu lil Mqabba Albions 5 – 1 filwaqt li Attard Edex Kings għelbu lil Ta’ Ġiorni Wanderers 5-3. Gudja Wanderers kisbu rebħa minima ta’ 2-1 kontra St Paul’s Bay NMFC.
Klassifika tal-Ewwel Diviżjoni: Għaxaq Wolves 6 punti Valletta Stars u Marsa St Michael 4 punti kull wieħed; Senglea Gunners 3 punti; San Ġiljan Saints, Valletta St Paul’s, San Ġwann Pro Evolution Academy u Balluta Barracudas – mingħajr ebda punt.
//= $special ?>