GREE Żurrieq Wolves Hotsticks kisbu rebħa importanti fil-ftuħ taċ-Challenge Cup tal Hockey Association meta għelbu lil Floriana Young Stars 3-2.
Bħas-soltu meta jilagħbu kontra xulxin iż-żewġ timijiet, dejjem offrew konfront bilanċjat u kif jindika l-iskor fil-partita mic-Challenge League, ir-riżultat baqa’ nċert sal-aħħar.
Floriana Young Stars iżda m’għarfux iżommu l-vantaġġ inizjali biex Żurrieq approfittaw u skorjaw tliet gowls sabiex dawru l-iskor favurihom. Lejn l-aħħar Floriana naqqsu l-iskor iżda kien tard biex isalvaw xi punt.
Alessandro Amore skorja darbtejn għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks biż-żagħżugħ Gary Bonnici jiskorja l-gowl l- ieħor.
Karl Chircop skorja ż-żewġ gowls għal Floriana.
Umpires tal-partita kienu Dario Cacopardo u Keith Calleja.
//= $special ?>