Joe Gigilio, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Joe Gigilio qal fil-parlament li l-bidliet fil-ġustizzja saru għax kienu imposti fuq il-gvern Malti; li ma riedx jagħmilhom
Joe Gigilio qal li ma jagħmilx sens li l-PN jiġi akkużat li jrid jagħmel ħsara lil Malta wara li kien propju l-PN li wassal biex Malta daħlet fl-UE u bbenefikat mill-benefiċċji tal-UE.
Id-deputat Nazzjonalista sostna li bilfors li jrid ikun hawn żieda fil-ġudikatura minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni. Minkejja ż-żieda fil-ġudikatura n-numru ta’ każi hu ferm ogħli minn dak aċettabbli.
Id-deputat Nazzjonalista qal li Malta ma kellhix bżonn lill-ebda intervjenti ta’ istituzzjonijiet Ewropej għaliex dawn setgħu saru mill-gvern Malti iżda dawn kellhom ikunu imposti minħabba n-nuqqasijiet tal-gvern.
Il-ħażin kien kif taħddmet is-sistema u mhux is-sistema infusha, sostna Joe Giglio, li kkundanna l-attakki fuq membru tal-ġudikatura mill-gvern. Hemm 800 kawża fil-limbu għaliex il-Ministru tal-Ġustizzja dam wisq biex joħroġ is-sejħa għal ġudikanti ġodda.
Malta għadha lura fil-ġustizzja effiċjenti, sostna Joe Gigilio, li qal li l-ebda mozzjoni mhi se trażżan lill-PN milli jikkritika fejn meħtieġ.
//= $special ?>