Mark Anthony Sammut, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal fil-parlament li nhr it-Tlieta li għadda, il-parlament Ewropew ma kkritikax lil Malta iżda l-aġir tal-Gvnrn Laburista.
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal li l-mozzjoni tal-gvern tikkundanna lill-Oppożizzjoni u sostna li qatt ma kien hemm diskussjoni bħal din fl-Ewropa ħlief fir-Rwanda, fil-Pakistan u fl-Indja. Dan hu l-livell li l-PL qed niżżel id-demokrazija tal-pajjiż, sostna Mark Anthony Samnmut li qal li dan hu gvern fi stat ta’ paniku.
Mark Anthony Sammut qal li l-gvern irid jiċċensura lill-Oppożizzjoni minħabba dibattitu li jsir kull sena li jfakkar lil Daphne Caruana Galizia. L-uniku entità li qatt ma fakkar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia hu l-PL. Il-Grupp tas-Soċjalisti Ewropew qatt ma oġġezzjona għal dan id-dibattitu. Kien l-MEP Laburista stess Thoams Bajada li appella biex jinqatgħu d-diviżjonijiet politiċi.
Deputat Sojalita appellat lill-Gvern Laburista Malti biex idaħħal ir-riformi biex ikun hwn is-saltna tad-dritt. Il-Gvern għandu jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta war il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia; liema rakkomdnazzjonijiet il-gvern ma implimentahomx.
Fost dawn hemm id-dewmien fil-qorti, li ma ma tressaq ħadd minn dawk li wettqu l-korruzzjoni, saret riforma li għamlitha diffiċli għaċ-ċittadin biex jiftaħ inkjesta u żewġ liġijiet li ma saritx konsultazzjoni dwar l-ambjent. Dawn huma l-affarijiet li qed jiġu kkritikati mill-Kummissjoni Ewropea.
Fid-dibattitu parlamentari ħadd ma kkritika lil Malta iżda lill-Gvern Laburista. Mhux kulħadd jitħanżer bħall-membri tal-Gvern, sostna Mark Anthony Sammut. Hu qal li l-ħsara lil Malta saret bid-dħul ta’ Malta fil-Lista l-Griża, id-dħul lura ta’ Keith Schembri u ta’ Chris Cardona u meta uffiċjal pubbliku jneħħu l-fjuri ta’ tifkira ta’ Daphne Caruana Galizia.
Id-deputat Nazzjonalista qal li flok din il-mozzjoni kontra l-PN, il-gvern missu mar il-parlament jiddiskuti inizjattivi ta’ fejda għall-poplu Malti fosthom it-traffiku, l-għoli tal-ħajja u l-popolazzjoni. Dan hu gvern li għejja u tilef l-motivazzjoni biex jiggverna; aktar u aktar kemm ilu nħatar Alex Borg kap tal-PN, sostna Mark Anthony Sammut.
//= $special ?>