Darren Carabott, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlamnet li minflok il-mozzjoni tal-Gvern, il-PN ried jiddiskuti ir-realtajiet tal-poplu.
Darren Carabott qal li l-poplu ma jridx il-politika tal-Gvern Laburista li qed iħares biss lejn il-passat. Il-poplu qed iħares lejn gvern li jmiss. Ġimgħa qabel il-budget il-gvern waqqaf l-aġenda parlamentari biex jiddiskuti mozzjoni partiġġjana u jipprova jġib vot ta’ kundanna meta l-pajjiż jinsab f’sitwazzjoni fejn id-diskussjoni kellha tkun fuq ir-realtajiet tal-poplu Malti.
Hu qal li l-PN irid jitkellem fuq ir-realtajiet veri tal-poplu Malti waqt li l-gvern ħela tliet siegħa ta’ diskussjoni fuq il-futur tal-pajjiż fosthom is-saħħa, il-popolazzjoni, il-propjetà, in-nies imwarrba u x-xogħol.
F’dan il-mument Darren Carabott qal li huma biss ftit id-deputati Laburisti li fil-fatt qed jieħdu sehem fil-parlament u jitkellem fuq din il-mozzjoni.
Darren Carabott qal li l-gvern ressaq din il-mozzjoni b’għaġġla u paniku propju għaliex il-gvern m’għandux is-soluzzjonijiet għall-problemi reali tan-nies. Din hi mozzjoni ta’ negattività, sostna Darren Carabott, li kompla li l-poplu għandu bżonn it-tama u gvern li jitrattah ta’ intelliġenti li hu.
Id-deputat Nazzjonalist kompla li l-ġurnalisti Maltin qed jirrikonoxxu li l-mozzjoni tal-Gvern Laburista hi attakk u gwerra fuq Alex Borg u paniku tal-Gvern Laburista.
//= $special ?>