L-ewroparlamentari Laburisti ivvutaw sabiex Malta titlef il-poter tal-VETO.
Waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, l-ewroparlamentari Laburisti Daniel Attard u Thomas Bajada vvutaw sabiex Malta titlef is-setgħa tal-VETO waqt vot f’emenda għall-budget tal-Unjoni Ewropea.
Il-veto jpoġġi lil Malta fuq l-istess livell tal-istati l-kbar u għalhekk huwa ta’ importanza kbira għall-pajjiż li jipproteġi dan id-dritt. L-emenda li l-MPEs Laburisti Thomas Bajada u Daniel Attard ivvutaw favuriha ġiet approvata bi 334 vot favur, 285 kontra, u 15-il astensjoni.
Din l-emenda titlob li l-vot ta’ Malta jiġi injorat.
Waqt li Alex Agius Saliba ivvota kontra l-emenda, hu vvota favur it-test finali.
Id-delegazzjoni tal PN ivvutaw, bħalma dejjem jagħmlu, biex jipproteġu id-dritt tal-veto għal Malta.
Mistoqsi jikkummenta dwar is-sinifikat tal-vot tal-MPEs Laburisti, il-kap tad-delegazzjoni ta’ Malta fil-PPE David Casa qal li hija ħasra li l-MPEs Laburisti lanqas ma huma kapaċi jorganizzaw lilhom infushom, tant li fuq kwistjoni importanti bħal din min jivvota mod u min jivvota mod ieħor. Dawn huma kwistjonijiet li vera jistgħu joltqtu l-interessi ta’ Malta.
Il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew l-MEP David Casa qal li “Għal darba oħra, bi traskuraġni jew b’inkompetenza, l-MPEs Laburisti reġgħu injoraw l-interess ta’ pajjiżhom. Dan hu dak li vera jagħmel ħsara lil-Malta.”
//= $special ?>