Internazzjonali

L-Ukrajna tolqot faċilità kimika fir-Russja

Ritratt: BBC

L-Ukrajna attakkat faċilità kimika fir-Russja b’numru ta’ missili Ingliżi tat-tip long-range.

Deskritt bħala attakk ta’ suċċess, l-Ukrajna se tkun qed tanalizza r-riżultat ta’ dan l-attakk li seħħ fuq faċilità importanti tal-militar Russu.

Intant, il-Kremlin wissa sabiex l-Ukrajna ma tingħatax aktar missili tat-tip long-range iżda minn naħa tagħhom l-Ukreni tennew li dan huwa importanti sabiex isiru attakki fuq numru ta’ faċilitajiet Russi li huma parti integrali mill-gwerra qalila li bdiet r-Russja kontra l-Ukrajna.

Rapporti internazzjonali qed jirraportaw ukoll, illi l-laqgħat li kellhom isiru bejn Vladmir Putin u Donald Trump mhux ħa jkunu qed isiru dan minkejja li Trump kien qal li se jiltaqgħu fl-Ungerija. Dan minħabba l-fatt li r-Russja qed tibqa’ tirrifjuta waqfien mill-ġlied.